The European Parliament’s plenary this week approved by an overwhelming majority the Parliament Report on the Annual Report on the activities of the Committee on Petitions.

In her capacity as a Vice-Chair of the PETI Committee, MEP Marlene Mizzi, during the plenary debate on Thursday morning, said that in times of a growing dissatisfaction and mistrust among European citizens calling the European project into question, the work of the Petitions Committee is more important than ever. The activities of the Petitions Committee are dictated by the petitions, which are submitted to it by citizens exercising their right to petition the EP.

“It is about time for Europe to give its people importance by taking into consideration and acting on their concerns and aspirations. The Petitions Committee in the European Parliament empowers people with the right to come to Parliament and bring forward issues which are important to them, or any problem they face for which they seek the Parliament’s intervention,” said MEP Mizzi.

The 2015 annual statistics shows that most citizens turn to Parliament for assistance with matters relating to the environment, justice, the internal market, animal welfare and fundamental rights.

“The Petitions Committee and the right to submit a petition to the European Parliament are an important bridge between the citizens and the EU that can make the work of the European Union more accountable providing a real added value to its citizens.”

Marlene Mizzi recommended that there is a need to design the work of the PETI Committee around the needs of the citizens. “We need to provide timely response to petitioners, while ensuring the quality of the answers and a proper follow up to petitioners’ complaints. The Committee also needs to improve its web portal to enable simpler, clearer and more transparent way for petitioners to submit their complaints.”

“It is important to remember that the positive or negative experience and treatment petitioners receive will further shape their attitude towards the European Union and their opinion on the relevance of the European Parliament and the EU,” said MEP Marlene Mizzi.
_____________________________________________________

MPE Marlene Mizzi: Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet
huwa pont bejn iċ-ċittadini u l-Parlament Ewropew

Il-plenarja tal-Parlament Ewropew din il-ġimgħa approvat b’maġġoranza kbira r-Rapport tal-Parlament dwar ir-Rapport Annwali fuq l-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet.

Fir-rwol tagħha bħala Viċi-President tal-Kumitat PETI, l-MPE Marlene Mizzi, waqt id-dibattitu tal-plenarja tal-Ħamis filgħodu, qalet li fi żminijiet ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon u fiduċja fost iċ-ċittadini Ewropej li qed jiddubitaw fil-proġett Ewropew, il-ħidma tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet hija importanti aktar minn qatt qabel. L-attivitajiet tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet jiġu ddettati mill-petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew, li jintbagħtu miċ-ċittadini li jkunu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom.

“Wasal iż-żmien li l-Ewropa tibda tagħti l-importanza xierqa lil niesha billi tersaq lejhom u taħdem fuq it-tħassib u l-aspirazzjonijiet tagħhom. Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet jagħti s-saħħa lin-nies bid-dritt li jsemmgħu leħinhom mal-Parlament Ewropew dwar dak kollu li huwa importanti għalihom jew dwar kwalunkwe problema li setgħu ffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum, u jitolbu l-intervent tal-Parlament,” qalet l-MPE Mizzi.

L-istatistiċi annwali tal-2015 juru li l-biċċa l-kbira taċ-ċittadini jitolbu l-għajnuna tal-Parlament fuq kwistjonijiet relatati mal-ambjent, il-ġustizzja, is-suq intern, il-benessere tal-annimali u d-drittijiet fundamentali.

“Il-Kumitat tal-Petizzjonijiet u d-dritt li tissottometti petizzjoni lill-Parlament Ewropew huma pont importanti bejn iċ-ċittadini u l-UE li jista’ jwassal biex il-ħidma tal-UE tkun aktar accountable u jipprovdi valur miżjud liċ-ċittadini.”

Marlene Mizzi qalet li teżisti l-ħtieġa li l-ħidma tal-Kumitat PETI jaħdem madwar il-bżonnijiet taċ-ċittadini. “Irridu nagħtu rispons f’ħin adegwat lill-petitioners, filwaqt li niżguraw il-kwalità tat-tweġibiet u li nagħmlu follow up tal-ilmenti tal-petitioners. Il-Kumitat irid itejjeb ukoll is-sit tal-PETI biex il-proċedura tal-petitioner biex jissottometti t-talba tiegħu u jikseb tagħrif dwar il-petizzjoni tiegħu tkun eħfef, aktar ċara u aktar trasparenti.”

“Huwa importanti li niftakru li l-esperjenzi u t-trattamenti pożittivi jew negattivi li jiksbu l-petitioners se jkomplu jifformaw l-attitudni tagħhom lejn l-UE,” temmet tgħid l-MPE Marlene Mizzi.

 

webee_miz

View all posts