European Member of Parliament, Marlene Mizzi, urged Member States and the European Union to reinforce and take immediate actions at European and national levels in the fight against terrorism during a European Parliament debate in Strasbourg. “We need to cover every aspect of this hideous crime, from prevention to protection and prosecution,” said Mizzi in her speech.

The European Parliament voted on new rules on combating terrorism aimed at criminalising acts such as travelling abroad to join a terrorist group, recruiting for terrorism or publicly inciting and advocating terrorism. The new rules also include strong provisions on the protection of victims of terrorism and their families.

“Today, the world is facing an extremely aggressive terrorist organisations dedicated to killing people, disseminating fear, undermining democratic modern societies and threatening peoples’ lives. Terrorist organisations are becoming more trans-national, logistically well organised and well-funded,” commented Marlene Mizzi during the debate in plenary.

Unfortunately, the recent terrorist attacks manifested the consistent lack of enforcement measures and coordination between security services, police and judicial authorities, at the national and the European levels.  Understandably, people all around Europe are petrified and expect more from Europe and Member States.

More than 80% of European citizens have chosen the fight against terrorism to be the EU’s number one priority according to the vast majority of people surveyed in a special Eurobarometer carried out by the European Parliament.

“I completely agree with our citizens. It is time to realise that there is too much at stake here and non-action is not an option. It is vital to reinforce the existing measures and to update the EU legal framework on combatting terrorism and terrorist networks. And I think that this new proposal is the first step of many that need to be taken in the fight against terrorism,” MEP Mizzi said.

 

Marlene Mizzi: L-UE għandha tipproteġi liċ-ċittadini tagħha akkost ta’ kollox 

Il-Membru Parlamentari Ewropew, Marlene Mizzi, ħeġġet lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea biex jissaħħu u jieħdu azzjoni immedjata fuq livel Ewropewj u nazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu waqt dibattitu fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. “Għandna bżonn inkopru kull aspett ta’ dan ir-reat mill-agħar, minn prevenzjoni għal protezzjoni u prosekuzzjoni,” qalet Mizzi fid-diskors tagħha.

Il-Parlament Ewropew ivvota fuq regoli ġodda fil-ġlieda kontra t-terroriżmu li għandhom iwasslu biex jibdew jitqiesu bħala atti kriminali li tmur barra biex tingħaqad ma’ grupp terroristiku, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta’ terroriżmu jew li pubblikament titkellem favur u tippromwovi t-terroriżmu. Ir-regoli l-ġodda jinkludu wkoll dispożizzjonijiet qawwijin dwar il-protezzjoni tal-vittmi tat-terroriżmu u l-familji tagħhom.

“Illum id-dinja qed tiffaċċja organizzazzjonijiet terroristiċi estremament aggressivi li l-mira tagħhom hija li joqtlu n-nies, ixerrdu l-biża’, idgħajfu s-soċjetajiet moderni u demokratiċi, u jheddu ħajjet in-nies. L-organizzazzjonijiet terroristiċi qed isiru aktar trans-nazzjonali, organizzati tajjeb loġistikament, iffinanzjati tajjeb,” qalet Marlene Mizzi waqt id-dibattitu fil-plenarja.

Sfortunatament, l-aħħar attakki terroristiċi kixfu n-nuqqas konsistenti ta’ miżuri tas-sigurtà u ta’ kordinazzjoni bejn is-servizzi tas-sigurtà, il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji, fuq livelli nazzjonali u Ewropej. Mhux diffiċli tifhem għalxiex in-nies madwar l-Ewropa jinsabu mbeżżgħin u qed jistennew aktar mill-Ewropa u l-Istati Membri.

Aktar minn 80% taċ-ċittadini Ewropej iħossu li l-ġlieda kontra t-terroriżmu għandha tkun l-ewwel prijorità għall-Ewropa, skont maġġoranza vasta tal-persuni intervistati f’Eurobarometer speċjali tal-Parlament Ewropew.

“Naqbel bis-sħiħ maċ-ċittadini tagħna. Wasal iż-żmien li nintebħu li għandna wisq x’nitilfu hawn hekk – u n-nuqqas ta’ azzjoni mhix għażla. Huwa ta’ importanza assoluta li nsaħħu l-miżuri li diġà jeżistu u naġġornaw il-qafas legali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u n-networks terroristiċi. Naħseb li din il-proposta l-ġdida hija l-ewwel pass minn ħafna li jridu jittieħdu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu,” qalet l-MPE Mizzi.

 

webee_miz

View all posts