The world wide web brought unlimited access to information and has revolutionised the entire world. The way that we think, conduct business, communicate and entertain ourselves have all changed thanks to the internet. On the other hand, the internet is presenting us with new challenges and, while we must safeguard the principles of a free internet, we must ensure that the citizens are protected from any form of abuse, including online bullying and other digital dangers. The conference “Type in LOVE, Type Out Hate” aims at increasing awareness on cyber-bullying, child sexual abuse online and other cyber-crimes, in order to prevent and contain them. This conference on digital dangers will help to create much needed alertness and attention regarding the possible dangers and consequential traumas that could be encountered online.

 

On Friday, 21st April, 2017, Hon. Marlene Mizzi MEP will be hosting the public conference “Type in LOVE, Type Out Hate” at the Excelsior Hotel Floriana, supported by the S&D group in the European Parliament, from 9.00 a.m. to 1.00 p.m.

 

As the S&D spokesperson and shadow rapporteur on the CULT committee’s opinion “Combating the sexual abuse and sexual exploitation of children and child pornography”, MEP Mizzi believes that politicians have the duty to defend and protect our children, who are the pillars of our society. This conference will help to stress the need for effective response and strong protection for our children in order to prevent this horrendous abuse from appearing online. This is a conference not to be missed by all those who are concerned with the dangers of the digital world children are exposed to.

 

“Type In LOVE, Type Out Hate” conference will bring together a variety of stakeholders including young people, parents and educators, government policy makers and civil society organisations to discuss this new age type of bullying – cyber-bullying, as well as online child sexual abuse.It aims to portray the benefits as well as the potential problems which are possible online. It will feature recognised keynote speakers and experts from Malta and the EU who will present prevention and intervention strategies, legislative updates and other topics in relation to cyber-bullying. Most importantly, this will be a golden opportunity to exchange views about a way forward.

 

H.E. Marie Louise Coleiro Preca, President of Malta, will give the opening speech. Keynote speeches will also be delivered by the Hon. Michael Farrugia, Minister for the Family and Social Solidarity; Hon. Emanuel Mallia, Minister for Competitiveness and Digital, Maritime and Service Economy; and Hon. Evarist Bartolo, Minister for Education and Employment. Other speakers include Pauline Miceli, Commissioner for Children; Dunstan Hamilton, PSCD (Personal, Social, and Career Development) Education Officer; Sandra Cortis, services manager at the Education Psycho-Social Services Department; representatives from the Cyber Crime police, the MCA, and other representatives from organisations involved in the fight against this heinous crime. Prof. Andrew Azzopardi will be moderating the conference.

 

“Type in LOVE, Type Out Hate” is free of charge. Lunch will be served to the attendees. Those interested should book a seat either by registering online on http://mizzimarlene.com/register/, by emailing [email protected] or by calling 21 226 845. Book in advance since seating is on a first come, first served basis.

____

It-triq lejn dinja ċibernetika aktar sigura

 

Il-world wide web ġab miegħu aċċess għall-informazzjoni bla limiti u rivoluzzjoni fid-dinja kollha. Il-mod kif naħsbu, immexxu negozju, nikkomunikaw u niddevertu kollha nbidlu permezz tal-internet. Min-naħa l-oħra, l-internet ġab ukoll sfidi ġodda u, filwaqt li rridu nissalvagwardjaw il-prinċipji ta’ internet liberu, irridu nassiguraw li ċ-ċittadini huma protetti minn kull forma ta’ abbuż, inklużi bullying online u perikli diġitali oħrajn. L-għan tal-konferenza “Type In LOVE, Type Out Hate” huwa li żżid l-għarfien dwar is-cyber-bullying, l-abbuż tat-tfal online u reati ċibernetiċi oħrajn, biex inkunu nistgħu nipprevjenuhom u nilqgħuhom għalihom. Din il-konferenza fuq il-perikli diġitali għandha tgħin biex ikun hawn viġilanza u attenzjoni dwar il-perikli possibbli trawmi konsegwenzjali li nistgħu niltaqgħu magħhom online.

 

Nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ April, 2017, l-Onor. Marlene Mizzi MPE se torganizza l-konferenza pubblika “Type in LOVE, Type Out Hate” fl- Excelsior Hotel il-Floriana, bl-appoġġ tal-grupp tal-S&D fil-Parlament Ewropew, mid- 9.00 a.m. sas-1.00 p.m.

 

Bħala kelliema u shadow rapporteur fuq l-opinjoni tal-kumitat CULT “Combating the sexual abuse and sexual exploitation of children and child pornography”, L-MPE Mizzi temmen li l-politiċi għandhom id-dover li jipproteġu lit-tfal tagħna, li huma l-pilastri tas-soċjetà tagħna. Dawk kollha li huma mħassbin bil-perikli li toffri d-dinja diġitali lit-tfal tagħna, m’għandhomx jitilfu din il-konferenza.

 

Il-konferenza “Type In LOVE, Type Out Hate” se tlaqqa’ għadd ta’ stakeholders inklużi żgħażagħ, ġenituri u edukaturi, policy makers tal-Gvern u organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili biex jiddiskutu flimkien din il-forma ġdida ta’ bullying– is-cyber-bullying, kif ukoll l-abbuż sesswali tat-tfal online. Se turi l-benefiċċji kif ukoll il-problemi potenzjali li nsibu online. Se jipparteċipaw fiha kelliema u esperti ewlenin minn Malta u l-Unjoni Ewropea li se jippreżentawlna strateġiji ta’ prevenzjoni u intervent, aġġornamenti leġiżlattivi u suġġetti oħrajn relatati mas-cyber-bullying. Fuq kollox, din se tkun opportunità tad-deheb biex naqsmu l-fehmiet tagħna dwar kif għandna nimxu ‘l quddiem.

 

L-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, il-President ta’ Malta, se tagħmel id-diskors tal-ftuħ. Diskorsi ewlenin se jsiru mill-Onor. Michael Farrugia, Ministru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali; l-Onor. Emanuel Mallia, Ministru għal Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Qasam Marittimu u Servizzi; u l-Onor. Evarist Bartolo, Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Kelliema oħrajn jinkludu lil Pauline Miceli, il-Kummissarju għat-Tfal; Dunstan Hamilton, Uffiċjal tal-Edukazzjoni tal-PSCD (Personal, Social, and Career Development); Sandra Cortis, services manager tas-Servizzi Edukattivi Psiko-Soċjali fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti; rappreżentanti mill-Pulizija tal-Kriminalità Elettronika, l-MCA, u rappreżentanti oħrajn minn organizzazzjonijiet li huma involuti fil-ġlieda kontra dan ir-reat gravi. Il-Prof. Andrew Azzopardi se jmexxi l-konferenza.

 

Id-dħul għal “Type in LOVE, Type Out Hate” huwa b’xejn. Se jkun servut l-ikel għal dawk li jattendu għall-konferenza. Min huwa interessat għandu jibbukkja post billi jirreġistra online fuq http://mizzimarlene.com/register/, jibgħat email lil [email protected] jew billi jċempel fuq 21 226 845. Il-postijiet se jinżammu fuq bażi ta’ first come, first served.

 

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *