A very generousdonation was made to Dar il-Kaptan by the former Chairman of Sea Malta, MEP Marlene Mizzi on behalf a number of ex-Sea Malta seaborne employees. The donation was the result of a collection which the ex-Sea Malta employees made after they received the long overdue salariesdue to them by rightafter a ten year battle in Court.

 

“Although we waited for such a long time for justice to be done and receive what was ours by right, we wanted to sharethe successful ending to this long story with personsless fortunate then us. We also wanted to thank Mrs Mizzi, our former Chairman, for assisting and standing by us all through these years, by asking her to donate the amount collected to a charity of her choice,” a spokesperson forthe ex-Sea Malta seaborne personal said.

 

Mr Joseph Gerada, Administrator of Dar il-Kaptan said that “on behalf of all our clients I would like to thank those ex-Sea Malta seaborne employees for their generous donation. Your commitment in helping our cause is sincerely appreciated.Each year our Foundation continues to advance its mission to enable families to continue to care for their disabled family member within the family and in the community thus avoiding institutionalisation.This is done by providing disabled persons day and residential respite breaks in a healthy and self fulfilling environment. Such breaks will give the primary carer the necessary respite to continue with his/her support to their disabled family member, thus reducing stress and possible family crises. Through our programs we have seen many lives changed for the better.

 

With the help of donations from supporters such as you we will continue to see improvements”.

 

Marlene Mizzi, who is currently a MEP, served as the Chairman of the shipping company for nine years, resigning voluntarily after disagreeing with the then Minister Austin Gatt on how the privatization of the company was being handled, said: “I am honored to have kept contact, assisted as much as I could, and stood by these persons for whom justice was denied for so long.I am also impressedat the generosity of these people to havea donated a handsome sum from theirlegitimate earnings. I also greatly appreciate the gesture that they wished to thank me for assisting them, by requestingme toappoint an organization of my choice to benefit from their generous donation. These persons were treated very shabbily when SeaMalta was voluntarily destroyed, and waited for more than ten years for what was theirs by right. Yet they wanted to share their salaries with others when these were finally received. That’s remarkably generosity and I am so proud of them,” said MEP Mizzi.

 

The group were shown around Dar il-Kaptan and given an explanation on the many services and facilities given to the guests.

_____

 

Eks-ħaddiema tas-Sea Malta b’donazzjoni lil Dar il-Kaptan

 

Ingħatat donazzjoni ġeneruża lil Dar il-Kaptan mill-eks-Chairman tas-Sea Malta, l-MPE Marlene Mizzi, f’isem għadd ta’ eks-ħaddiema tat-trasport tas-Sea Malta. Id-donazzjoni saret permezz ta’ ġabra li għamlu l-eks-ħaddiema tas-Sea Malta wara li rċevew is-salarji li kienu tagħhom bid-dritt wara battalja ta’ għaxar snin il-Qorti.

 

“Għalkemm stennejna għal żmien tant twil biex issir ġustizzja magħna u nieħdu dak li kien tagħna bi dritt, ridna naqsmu s-suċċess  wara t-tmiem ta’ din l-istorja twila ma’ persuni li huma inqas ixxurtjati minna. Ridna wkoll nirringrazzjaw lis-Sinjura Mizzi, l-eks-Chairman tagħna, talli dejjem kienet hemm u assistietna matul dawn is-snin kollha, billi tlabnieha toffri bħala donazzjoni li ġbarna lil organizzazzjoni ta’ karità tal-għażla tagħha,” qal kelliem għall-eks-ħaddiema tat-trasport tas-Sea Malta.

 

Is-Sur Joseph Gerada, Amministratur ta’ Dar il-Kaptan qal li “f’isem il-klijenti kollha tagħna nixtieq nirringrazzja lil eks-ħaddiema tat-trasport tas-Sea Malta  għad-donazzjoni ġeneruża tagħhom. L-impenn tagħkom biex tgħinu l-kawża gusta tagħna huwa sinċerament apprezzat. Kull sena l-Fondazzjoni tagħna tkompli taħdem fuq il-missjoni tagħha li tippermetti familji biex ikomplu l-kura għall-membri tal-familja b’diżabilità biex b’hekk jintegraw kemm fil-familja u fil-komunità u b’hekk jevitaw l-istituzzjonalizzazzjoni. Dan isir billi nipprovdi persuni b’diżabilità b’day and residential respite breaks f’ambjent b’saħħtu u awtonomu. Dawn hekk msejħa breaks jgħinu lill-carer ewlieni l-mistrieħ meħtieġ biex b’hekk ikun jista’ jkompli bl-appoġġ tiegħu lil membru tal-familja tagħhom li jbati b’diżabilità, u b’hekk jitnaqqas l-istress u possibilment l-kriżijiet fil-familja. Permezz tal-programmi tagħna rajna ħafna ħajjiet li marru għall-aħjar. Bl-għajnuna ta’ donazzjonijiet minn persuni bħalkom, se nkomplu naraw aktar titjib.”

 

Marlene Mizzi, li bħalissa hija wkoll Membru Parlamentari Ewropew, serviet bħala ċ-Chairman tal-kumpanija tat-tbaħħir għal disa’ snin u rriżenjat volontarjament wara nuqqas ta’ qbil mal-eks-Ministru Austin Gatt dwar kif il-privatizzazzjoni tal-kumpanija kien qiegħda tiġi mmaniġġjata, qalet: “Ninsab onorata li żammejt kuntatt, assistejt kemm stajt u kont hemm għal dawn il-persuni li għalihom il-ġustizzja kienet miċħud għal żmien twil. Nistqarr li ninsab impressjonata wkoll bil-ġenerożità ta’ dawn in-nies li taw donazzjoni mdaqqsa mill-qligħ leġittimu tagħhom. Napprezza wkoll il-ġest li xtaqu personalment jirringrazzjawni tal-għajnuna li tajthom u talbuni biex nagħżel organizzazzjoni tal-għażla tiegħi biex jibbenefikaw mid-donazzjoni ġeneruża tagħhom. Dawn il-persuni kienu ttrattati ħażin ferm meta s-Sea Malta nqerdet volontarjament u kellhom jistennew aktar minn għaxar snin għal dak li kien tagħhom bi dritt. Iżda wara dan kollu huma għażlu li jaqsmu s-salarji tagħhom ma’ persuni oħrajn meta rċevew il-ħlas tagħhom. Il-qalb kbira taghhom hija imprezzabbli u ninsab ferm kburija bihom,” qalet Marlene Mizzi.

 

Il-grupp intwera Dar il-Kaptan u ngħata tagħrif dwar il-ħafna servizzi u faċilitajiet li toffri d-Dar lill-persuni li tilqa’.

 

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *