MEP Marlene Mizzi won a prestigious international award presented to her during a ceremony in Brussels for her outstanding work and contributions in the area of animal welfare protection.

 

The award is organised annually by the Eurogroup for Animals in recognition of individual achievements made to animal welfare protection and promotion of rights. The award ceremony brought together stakeholders from many EU, national and international organisations as well as governments and decision makers to discuss how improvements in animal welfare can be addressed in the coming years.

 

As a Vice-President of the Animal Welfare Intergroup, MEP Marlene Mizzi has played a leading role in gathering political support and promoting animal welfare related issues at European level.  In 2016 she also hosted the conference ” Rights of the Voiceless” in Malta aimed at raising awareness and  guiding the creation of the new Animal Welfare Platform, to promote companion animal welfare and to undertake new initiatives to tackle the problems related to trade in exotic animals as pets.

 

Marlene Mizzi has also been instrumental in calling for a European study on “Animal Welfare in the EU” and in promoting a ban of the use of wild animals in circuses among others.

 

MEP Marlene Mizzi said that “it is such an honour to win this prestigious award not only for me, but as well for Malta. I am greatly humbled that people have placed their faith and trust in my work as an MEP in the area of animal welfare and protection of animals.”

 

“I take this award as a political sign, that the work I have been doing doesn’t go unnoticed and that it is time to take even stronger stance on promoting animals and their wellbeing. The EU must give higher priority to the many issues falling under animal welfare laws,” said Marlene Mizzi.

 

“This award is a responsibility that I do not take lightly, and I will continue to promote and protect animal welfare across Europe with the utmost devotion and boldness. I dedicate this award to all animals – wild, farm and  domestic – who suffer in the hands of cruel and unscrupulous people,” said MEP Mizzi.


_____

 

L-MPE Marlene Mizzi tirbaħ premju internazzjonali prestiġjuż

L-MPE Marlene Mizzi rebħet premju internazzjonali prestiġjuż li ngħatalha waqt ċerimonja fi Brussell għall-ħidma eċċezzjonali u l-kontribut tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tal-annimali.

Il-premju huwa organizzat kull sena mill-Eurogroup for Animals bħala rikonoxximent għal kisbiet individwali favur il-protezzjoni tal-annimali u d-drittijiet tagħhom. Iċ-ċerimonja tal-premjijiet laqqgħet stakeholders minn ħafna organizzazzjonijiet mill-UE, nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll gvernijiet u decision makers biex jiddiskutu kif jista’ jiġi indirizzat titjib fil-benesseri tal-annimali fis-snin li ġejjin.

Bħala Viċi-President tal-Animal Welfare Intergroup, l-MPE Marlene Mizzi kellha rwol ewlieni biex tiġbor appoġġ politiku u tippromwovi kwistjonijiet marbutin mal-benesseri tal-annimali fuq livell Ewropew. Fl-2016 hija tellgħet ukoll il-konferenza “Rights of the Voiceless” f’Malta biex tqajjem għarfien u għenet biex tnediet l-Animal Welfare Platform – biex ikun promoss il-benesseri tal-annimali ta’ kumpanija u biex jittieħdu inizjattivi ġodda biex u jingħelbu l-problemi relatati mal-kummerċ ta’ annimali eżotiċi bħala annimali domestiċi.

Marlene Mizzi kienet strumentali wkoll biex intalab studju Ewropew dwar “Il-Benesseri tal-Annimali fl-UE” u biex issir pressjoni u jitwaqqaf l-użu tal-annimali selvaġġi fiċ-ċirki fost l-oħrajn.

L-MPE Marlene Mizzi qalet li “huwa ta’ unur kbir għaija li nirbaħ dan il-premju prestiġjuż, mhux biss għalija imma għal Malta wkoll. Ninsab onorata li n-nies fdaw fija u fil-ħidma tiegħi bħala MPE fil-qasam tal-benesseri tal-annimali u l-protezzjoni tagħhom.”

“Nilqa’ dan il-premju bħala sinjal politiku, fejn ix-xogħol li għamilt ma sarx għalxejn u li issa huwa l-waqt li nieħdu pożizzjoni aktar b’saħħitha fuq il-promozzjoni tal-annimali u l-benesseri tagħhom. L-UE trid tagħti prijorità akbar lil ħafna kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-liġijiet dwar il-benesseri tal-annimali,” qalet Marlene Mizzi.

“Dan il-premju jpoġġi responsabbiltà kbira fuqi u jien se nkompli naħdem biex nippromwovi u nipproteġi l-benesseri tal-annimali fl-Ewropa bl-akbar devozzjoni u rieda b’saħħitha. Nddedika dan il-premju lill-annimali kollha – selvaġġi, tal-irziezet u domestiċi – li jbatu taħt idejn persuni krudili u bla skrupli,” qalet l-MPE Mizzi.

______

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *