Għat-tieni darba f’ħames xhur l-lstat Malti qiegħed fil-bank tal-akkużati b’mod l-aktar diskriminatorju quddiem il-Parlament Ewropew – xi ħaġa li mhix normali.

Hemm min qed jinqeda b’dan il-Parlament biex jimmina Stat Membru u jagħmel bsaten fir-roti lil gvern elett demokratikament u biex jaqdi aġenda partiġġjana.

Din ir-riżoluzzjoni – miktuba bla dubju minn idejn Maltin – hi taħwida ta’ punti u ta’ akkużi intiżi biss biex jitfgħu dell ikrah fuq Malta u li ħafna minnhom lanqas biss għandhom x’jaqsmu mad-dibattitu fuq ir-rule of law.

L-istituzzjonijiet Maltin mhumiex perfetti – bħalma mhumiex perfetti f’kull stat ieħor. L-ebda stat mhu meħlus mill-krimilnalità, ukoll dik finanzjarja. L-ebda pajjiż jista’ jgħid li meħlus minn
skandli. Ma jfissirx li m’għandniex niġġieldu kull tip ta’ kriminalità u abbużi. Anzi!

Dak li jiġri f’Malta, ġara u qed jiġri f’kull pajjiż ieħor. Iżda fil-każ ta’ Malta kollox qed jitkabbar apposta biex impaxxu aġenda partiġġjana. Kull wieħed minnkom li qed tippuntaw subgħajkom lejn
Malta, għandkom erbat iswaba’ oħra jippuntaw lejkom. Li Malta tintuża bħala scapegoat, mhix xi ħaġa li għandha tiġi aċċettabbli f’din l-istituzzjoni.

Il-ħsara li qed issir lil Malta, hi intenzjonata u qed tipperikola investimenti, impjiegi, l-ekonomija u l-futur tal-pajjiż.

L-iskop ta’ din ir-riżoluzzjoni mhix ġenwina, iżda intiża biex tagħmel ħsara lill-Gvern Malti, imma fuq kollox biex tipprova tniżżel lil Malta għarkupptejha.

Imma mhux se jirnexxilkom!

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *