Ħafna individwi fid-dinja tal-lum għadhom qegħdin jiffaċċjaw sfidi u ostakli kontinwi li huma diffiċli jekk mhux impossibbli biex jingħelbu. Wisq ċittadini m’għandhomx biżżejjed opportunitajiet u ħafna drabi dan ikun ġej direttament min-nuqqas ta’ aċċessibilità għal opportunitajiet. Id-diskriminazzjoni għadha tilgħab rwol importanti fis-soċjetà tagħna u dan jaffettwa miljuni ta’ ħajjiet.

Nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru, 2017, l-MPE Marlene Mizziorganizzatil-konferenza pubblika Accessibility Without Discrimination, bl-appoġġ tal-grupp S&D tal-Parlament Ewropew. Accessibility Without Discriminationġiet organizzata bl-appoġġ tal-Malta Communications Authority (MCA) u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD). Għadd ta’ stakeholderspolicymakers tal-Gvern u organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili attendew u pparteċipaw fil-konferenza.

L-għan ta’ Accessibility Without Discrimination kien li jitqajjem għarfien dwar l-importanza tal-aċċessibilità fil-ħajja ta’ kuljum ta’ miljuni ta’ individwi, speċjalment persuni b’diżabilità.

L-MPE Marlene Mizzi tkellmet dwar kif ħafna persuni għadhom iddiskriminati sal-ġurnata tal-lum. Hija semmietil-ħidma tagħha f’diversi kumitati u gruppi u anke dik li qiegħda ssir fil-Parlament Ewropew fuq aċċessibilità. Mizzi enfasizzat li l-politiċi jridu jħarsu d-drittijiet ta’ kull persuna u jaraw li l-persuni b’diżabilità jkollhom opportunitajiet daqs kulħadd.

L-Onor. Anthony Agius Decelis, Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, kif ukoll l-Onor. Silvio Schembri, Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, enfasizzaw il-progress li sar fuq aċċessibilità u semmew il-pjani futuri tal-gvern biex itejjeb il-ħajja u jagħti aktar indipendenza lil persuni b’diżabilità.

Oliver Scicluna, Kummissarju tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, spjega x’inhuma d-diffikultajiet li jiffaċċjaw ta’ kuljum dawn il-persuni u kif ħafna minnhom isibuha diffiċli biex isibu xogħol minħabba d-diżabilità tagħhom.

Siobhan Long minn Enable Ireland, organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt u hija ffinanzjata mill-istat, u li tipprovdi servizzi b’xejn għat-tfal u l-adulti b’diżabilità u lill-familji tagħhom fl-Irlanda, għamlet preżentazzjoni informattiva u spjegat kif it-teknoloġija tista’ tgħin tant ħajjiet.

Vickie Gauci, Terapista Okkupazzjonali li qed tistudja fl-Università ta’ Leeds, tkellmet dwar attiviżmu tad-diżabilità, it-teknoloġija assistiva u d-disinn universali u għamlet preżentazzjoni interessanti dwar “Enable technology and employment of disabled people in Malta”.

Clifford Protelli, Assistant Manager fis-Servizzi tas-CRPD, tkellem dwar l-esperjenza personali tiegħu bħala persuna b’diżabilità u dwar dak kollu li għadda minnu u, għalkemm ma kinitx faċli, irnexxielu jikseb suċċess fil-ħajja professjonali tiegħu.Aimee Cassar, Assistant HR Manager fil-KMPG Crimsonwing (Malta) Ltd, semmiet il-vantaġġi li tħaddem persuni b’diżabilità u kif il-kumpanija tagħha ħadmet biex saret aktar aċċessibbli.

Kien hemm qbil li għalkemm diġà sar ħafna xogħol fuq dan il-qasam, kemm nazzjonali kif ukoll Ewropew, dan għadu mhux biżżejjed.

“Ilkoll kemm aħna ħaqqna opportunitajiet indaqs. Irridu naħdmu bis-sħiħ biex niftħu l-bieb tal-opportunitajiet għal kulħadd, għal kull membru fis-soċjetà tagħna, għal kull individwu u nittama li din il-konferenza tkun pass eqreb lejn soċjetà aktar ġusta,” temmet tgħid l-MPE Marlene Mizzi fid-diskors tal-għeluq.

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *