Il-plenarja adottat riżoluzzjoni li tippreżenta l-possibbiltà ta’ qafas ta’ assoċjazzjoni għar-relazzjonijiet futuri bejn ir-Renju Unit u l-UE wara l-Brexit.

Minħabba l-linji ħomor tar-Renju Unit, ftehim ta’ assoċjazzjoni jista’ jipprovdi qafas xieraq għar-relazzjoni futura, tgħid ir-riżoluzzjoni adottata b’544 vot favur, 110 kontra, u 51 astensjoni.  Din ir-relazzjoni tista’ tkun ibbażata fuq erba’ elementi :

  • Il-kummerċ u r-relazzjonijiet ekonomiċi (FTA)
  • Is-sigurtà interna
  • Il-kooperazzjoni fil-politika estera u d-difiża
  • Il-kooperazzjoni tematika, pereżempju ir-riċerka u proġetti ta’ innovazzjoni.

L-MEPs jinsistu li l-qafas għandu jinkludi l-governanza konsistenti, b’mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tad-disgwidi.

Ir-riżoluzzjoni, imħejjija mill-Brexit Steering Group, tisħaq li anki dawk il-pajjiżi terzi allinjati mill-viċin mal-UE, b’leġiżlazzjoni identika, ma jistgħux igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji jew aċċess għas-suq bħal dawk li jgawdu minnhom l-istati membri tal-UE.

Il-qafas tar-relazzjoni futura jrid tirrispetta wkoll l-indipendenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u s-sistema legali, inkluż ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea.

Il-qafas tar-relazzjoni futura trid tirrispetta wkoll l-indipendenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u s-sistema legali, inkluż ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropeja.

Ftehim dwar il-ħruġ u l-perijodu ta’ tranżizzjoni

Ir-riżoluzzjoni tilqa’ l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar, u tesprimi  appoġġ ukoll għall-arranġamenti proposti għat-tranżizzjoni.

Ir-riżoluzzjoni tilqa’ wkoll l-abbozz tal-protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq tal-Kummissjoni, inkluż il-pjan ta’ kontinġenza ppreżentata fir-Rapport Konġunt ta’ Diċembru li jipprevedi soluzzjoni ta’ kontinġenza konkreta kontra fruntiera iebsa u li tippriżerva l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.

L-MEP Maltija Marlene Mizzi qalet li n-negozjati Brexit se jiddeterminaw id-destin ta’ aktar minn 4 miljun ċittadin u huwa għalhekk li jeħtieġ li l-ewwel niddefendu l-interessi taċ-ċittadini fi kwalunkwe relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit. Għandna nżommu relazzjonijiet mill-qrib mar-Renju Unit, iżda  fl-istess ħin nzommu bilanċ xieraq tar-regoli tal-UE u d-drittijiet taċ-ċittadini bl-applikazzjoni sħiħa tal-four freedoms, mingħajr ma jimponu tbatija bla bżonn fuq ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit, jew ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-UE. Irridu nżommu l-integrità tas-suq uniku u nħarsu l-ordni legali tal-UE mingħajr ma nippermettu taqtiegha l-isfel biex jitbaxxew ir-regoli u l-istandards tal-UE.

http://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20180309IPR99418/brexit-il-pe-jirrakkomanda-ftehim-ta-assocjazzjoni-bejn-l-ue-u-r-renju-unit

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *