Marlene Mizzi rebħet il-Premju MPE tas-Sena waqt ċerimonja fi Brussell għall-ħidma u l-kisbiet tagħha fi kwistjonijiet tas-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur.

L-MPE Marlene Mizzi kellha rwol ewlieni fil-kumitat għas-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur bħala l-kap negozjatur fuq diversi dossiers tas-Suq Uniku Diġitali. Hija għenet fl-iffinalizzar u l-abbozzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea fuq kwistjonijiet importanti bħan-newtralità tan-net u t-tneħħija tat-tariffi tar-roaming. Hija ħadmet fuq rapport strateġiku dwar it-tfassil tal-istandards Ewropej tal-ġejjieni u hija waħda mill-MEPs ewlenin li qegħdin jiġġieldu għal prezzijiet orħos fuq telefonati internazzjonali fl-Ewropa.

B’referenza għall-premju tagħha, Marlene Mizzi qalet: “Huwa ta’ unur kbir li rbaħt dan il-premju prestiġjuż ta’ MPE tas-Sena, mhux biss għalija, iżda wkoll għal Malta. Kburija li n-niesemmnu u fdawfijaspeċjalmentgħax ingħatajt il-premju għall-kontribut tiegħi fil-qasam tas-suq uniku diġitali.

“Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li l-ħidma tiegħi bħala MPE tħalli impatt fuq tant ħajjiet u li l-vuċi tal-konsumaturi, iċ-ċittadini, u n-negozji mikro u żgħar qed tinstema’ fl-ispettru Ewropew kollu u fil-Parlament Ewropew.

“Id-dinja qiegħda tinbidel b’pass mgħaġġel. Ir-rivoluzzjoni diġitali toffri opportunitajiet kbar lill-persuni u n-negozji, iżda wkoll sfidi qawwijin. Irridu nassiguraw li d-dinja diġitali li qed ngħixu fiha tkun aktar xierqa, ġusta u sostenibbli, u tipprovdi opportunitajiet indaqs għal kulħadd,” qalet Marlene Mizzi.

Bħalissa l-MPE Mizzi qiegħda taħdem fuq żewġ proġetti leġiżlattivi kbar. L-ewwel wieħed se jimmodernizza r-regoli tal-komunikazzjoni Ewropej u t-tieni wieħed se jiddiġitalizza l-amministrazzjoni pubblika tal-istat membri tal-UE kollha. Bħala negozjatur tal-S&D qiegħda tiġġieled biex issaħħaħ id-drittijiet tal-konsumatur, ittejjeb il-kundizzjonijiet għal persuni b’diżabilità, tipprovdi internet bażiku u affordabbli bħala dritt universali għal kulħadd, u tirfina n-numri ta’ emerġenza 112 li diġà jeżistu.

Dan il-premju huwa responsabbiltà li ma tistax tittieħed b’mod ħafif, u se nkompli nirrappreżenta liċ-ċittadini, konsumaturi u negozji fl-Ewropa bl-akbar devozzjoni u awdaċja,” qalet Marlene Mizzi waqt iċ-ċerimonja.

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *