Il-Membru Parlamentari Ewropew Mizzi saħqet fuq il-pożizzjoni tagħha favur aktar fondi li jkunu
jistgħu jgħinu lil żoni periferali biex isiru żoni żviluppati b’aktar opportunitajiet u b’iktar xogħol.
Kompliet billi tisħaq li huwa ferm importanti li jkun hemm iżjed programmi ta’ koperazzjoni li
jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku abbażi tal-għarfien, flimkien mal-bżonn li jittejbu l-
aċċessibilità għall-intrapriżi ż-żgħar u għall-ekonomija lokali. L-MPE Mizzi tkellmet fil-Parlament
Ewropew matul id-dibattitu dwar il-politika ta’ koeżjoni fil-fruntieri tal-UE, fir-rwol tagħha bħala
kelliema għall-grupp S&D fuq din l-opinjoni. Hija enfasizzat li hemm bżonn ta’ fondi għall-
programmi li jinkorporaw l-edukazzjoni, il-kultura u l-isport, partikoralment għal reġjuni periferali li
jistgħu ma jkunux qed jingħataw l-istess opportunitajiet bħal reġjuni oħra.

L-MPE Mizzi qalet li “matul l-aħħar deċennji, il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea għenet lil dawk ir-
reġjuni periferjali b’tali mod li jistgħu jimxu ‘l bogħod mill-faqar f’dak li huwa żvilupp ekonomiku,
prosperità, u żieda f’opportunitajiet. Il-koperazzjoni territorjali fir-reġuni frunterjali għandha rwol
importanti ferm fl-oqsma ta’ riċerka, edukazzjoni, stħarriġ, kultura u ta’ integrazzjoni”. Mizzi
kkwotat proġetti transkonfinali bħal INTERREG li ġenwinament għamlu differenza li għen biex ikun
hemm bidla pożittiva. Programmi koperattivi kkontribwixxew biex titkabbar l-ekonomija bbażata
fuq l-għarfien u biex titjieb l-aċċessibilità li twassal biex tissaħħaħ l-ekonomija lokali.

Fl-indirizz tagħha hija saħqet li “hemm bżonn li ninkoraġġixxu aktar attivitajiet ekstra-kurrikulari
minn età żgħira; liema inkoraġġiment irrid isir bl-appoġġ tal-proġetti transkonfinali b’hekk inkunu
qegħdin nixprunaw il-potenzjal tat-tfal tagħna. Fl-istess waqt inkunu qegħdin nagħtu mbottatura lil
dawk ir-reġjuni Ewropej li għadhom m’għelbux il-faqar.”

L-MPE Mizzi kkonkludiet id-diskors tagħha billi qalet li “dawn il-fondi huma meħtieġa għall-żvilupp
ekonomiku, speċjalment fir-reġjuni transkonfinali. Il-fondi ta’ koeżjoni huma essenzjali għall-
edukazzjoni u għaż-żgħażagħ tagħna. B’dan il-mod l-Unjoni Ewropea trid taħdem fi spirtu ta’
koperazzjoni f’dan il-qasam biex naraw żvilupp ekonomiku li minnu jista’ jibbenefika kulħadd,
b’mod partikolari iċ-ċittadin Malti u Għawdxi”.
________________

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *