Meta joqrob Settembru joqrob ukoll iż-żmien fejn l-istudenti jidħlu lura l-iskola, is-sajf jispiċċa għal bosta u jasal għal darb’oħra ż-żmien ta’ ħidma. Ħidma li titkompla wkoll fil-Parlament Ewropew biex isir ix-xogħol leġiżlattiv u titlesta l-aġenda għall-Plenarja ta’ Settembru. Fost ix-xogħol ippjanat hemm ir-rapport immexxi mill-MPE Maltija Marlene Mizzi li l-għan tiegħu huwa li jitnieda portal diġitali uniku – li għandu jwassal biex l-amministrazzjoni pubblika tkun aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini.

Is-Single Digital Gateway, kif inhuwa magħruf dan il-portal, se jkun sistema fuq l-internet (diġitali) li tgħin u tassigura li ċ-ċittadin ma jibqax ikollu jimla bosta karti u formuli bla waqfienjew jistenna fi queues li ma jispiċċaw qatt. Permezz tal-portal diġitali ċ-ċittadin se jeħles minn ħafna informazzjoni żejda u inutli, u minn ħafna ħela ta’ ħin. Minflok, iċ-ċittadin se jkollu aċċess dirett għal dak li qed ifittex mingħajr ma jingħata links għal siti tal-internet li mhumiex relevanti.

L-MPE Marlene Mizzi tispjegalna aħjar x’inhu s-Single Digital Gateway u fiex jikkonsisti r-rapport tagħha.

X’inhu l-iskop tal-Portal Uniku Diġitali u meta ġejt appuntata biex tmexxi r-rapport dwaru?

Wieħed mill-ostakliewlenin li jiffaċċjawiċ-ċittadini u n-negozji li qedjiċċaqilqu, jaħdmu u jistudjaw f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, jew li joffru s-servizzi u l-prodottitagħhom b’modtranskonfinali (minn pajjiż għal ieħor), huwabiexisibutagħrif relevant u preċiż, u biexikollhomaċċessgħalproċeduriamministrattivi ta’ kwalità. It-tagħrifdiġàjinstabhemm u ħafnagħododdiġitalidiġàjeżistu. Madankolluħafnapersuni u kumpanijigħadhom ma jafuxbihomjew  isibudiffikultajietkbarbiexjaċċessaw u jifhmu l-informazzjoni u l-proċedurimeħtieġagħan-negozju, l-ivvjaġġar u x-xogħoltagħhom. Minflokjingħatawgħajnuna, il-persuni u l-kumpanijiqegħdinisibuaktartfixkil u burokrazijażejda, b’informazzjoni u proċeduri li ta’ spissikunusparpaljati, inkompleti u mhuxtrasparenti.

Kien proprju għalhekk li nħasset il-ħtieġa ta’ punt tad-dħuldiġitaliwaħdienigħaċ-ċittadini u n-negozji li jindirizza dawn l-ostakli, u għalhekk li jitħejja rapport dwar portal uniku li jilqa’ għal dawn il-bżonnijiet li ħafna ċittadini jiffaċċjaw ta’ kuljum.

Fl-aħħar ta’ Lulju tal-2017 ġejt appuntata bħala rapporteur mill-Kumitatgħas-Suq Intern u l-Ħarsiental-Konsumaturfuqil-propostaleġiżlattivaġdidadwar Portal DiġitaliUniku. Minn dakinhar ‘l hawn ħdimt bis-sħiħ biex ikollna rapport ta’ livell li jħejji t-triq għal Single Digital Gateway, li nħoss li huwa tant bżonjuż.

Liema huma l-akbar vantaġġi tal-Portal Diġitali Uniku?

Ir-regoli l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ la darba r-rapport jiġi approvat se jagħtu lok għal ħajja aktar faċli għaċ-ċittadin u l-intrapriżi. Il-formuli marbutin mal-amministrazzjoni pubblika, pereżempju karti ta’ taxxa u formuli għaċ-ċertifikati ta’ twelid, formuli għall-università, għall-pensjonijiet u ħafna proċeduri oħra, se jkunu jistgħu jimtlew online. B’hekk se jinħoloq mod fejn l-amministrazzjoni pubblika tkun aktar disponibbli għaċ-ċittadin b’inqas burokrazija. Huwa importanti li nużaw u nieħdu vantaġġ mit-teknoloġija u l-iżvilupp diġitali biex intejbu ħajjet in-nies u b’hekk nemmen li dan il-portal se jkun mezz biex dan iseħħ.  Importanti wkoll li s-sistema tipprovdi soluzzjoni u għajnuna meta min qed  jużaha, jsib diffikultà biex jieħu l- informazzjoni li jrid. Permezz tal-Portal Diġitali Uniku se tiżdied il-possibilità għal kummerċ transkonfinali, li ovvjament xorta jkun regolarizzat mal-liġijiet ta’ Malta u tal-Ewropa.

Il-prinċipju magħruf bħala once-only principle se jniedi sistema li biha l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jagħmlu użu ta’ tagħrif mogħti lilhom miċ-ċittadin aktar minn darba permess ta’ database aktar aċċessibbli. Spiċċa ż-żmien fejn timla formula wara formula u taħli ħin twil tfittex minn sit għal ieħor l-informazzjoni li għandek bżonn.

Meta se jittieħed il-vot fil-Plenarja dwar ir-rapport tiegħek?
Il-vot dwar ir-rapport li ħejjejt flimkien mat-tim parlamentari tiegħi se jittieħed fil-Plenarja fit-12 ta’ Settembru u jekk dan jiġi approvat, tkun tista’ tibda l-ħidma biex jitnieda l-Portal Diġitali Uniku.

X‘inhuma l-ħsibijiet tiegħek dwar dan ir-rapport?

Ninsab ferm kburija u sodisfatta bir-rapport finali u bit-tim parlamentari li mexxejt fin-negozjati mal-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropej. Dan ir-rapport huwa frott ta’ ħidma intensiva bla waqfien bejn it-tliet istituzzjonijiet Ewropej u se joħloq sistema armonizzata bejn l-Istati Membri tal-UE.

Matul dawn in-negozjati ħdimna id f’id biex nilħqu l-aħjar kompress għaċ-ċittadini Ewropej kollha. Fil-fatt l-akbar sodisfazzjoni jibqa’ dak li x-xogħol li nagħmel fil-Parlament isarraf għall-ġid  u f’benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini u l-intrapriżi, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll Ewropew.

 

Il-KullĦadd 02.09.18

 

 

Add comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *